L-Istorja

 

 

 

 

 

 

 

Il-Propjeta’ ‘Chateau Coutet’ ilha niezla  minn generazzjoni ghal generazzjoni ghal hafna snin.  L-ewwel Dokumenti li nafu bihom imorru lura sal-1601 meta il propjetarju, Thomas d’Augereau, li kien is-Sindku ta’ Libourne  zzewweg lit-tifla ta’ Aimery David, is -Sindku precedenti, u dawn ghexu l-kumplament ta’ hajjithom fuq il-propjeta.

 

F’nofs is-seklu tmintax, Chateau Coutet ghaddiet ghand il-familja Lavau de Cravignac, li kienu ghassara ta‘ nbejjed famuzi u li kellhom hafna ghelieqi u propjetajiet bid-dwieli, fosthom Le Mayne.  Matul iz-zmienijiet diversi zwigijiet komplew isahhu u jkabbru l-importanza tal-familja, fosthom iz-zwieg ta’ Marie Caroline Lavau ma’ Jean David, li kien ukoll sindku fl-1808, u sena wara oht Marie Caroline, Marie Anne izzewget lil Louis de Malet Roquefort.

 

Il-Perit li ddisinja l-Binja ta’ Chateau Coutet, li ghada tinzamm fi stat eccellenti, sal-lum kien Alexandre Poitevin, student ta’ Victor Louis li kien bena it-teatru ta’ Bordeaux.

 

 

 

 

 

 

 

L-Inbid

 

 

 

 

 

 

 

Edouard Feret, fil-publikazzjoni tieghu ‘Classification of Wines’ jikkwalifika l-inbid Coutet bhala l’aqwa kwalita’ u jirremarka ‘il propjeta tinsab f’posizzjoni vantaggjuza f’wiehed mill-kollini  ta’ Saint-Emilion.  B’ veduti tal-ghageb fuq ix- xmara Dordogne u hamrijja u kundizzjonijiet ambjentali ideali ghat-tkabbir tad-dwieli u nbejjed fini u b’buquet’ persistenti.  Il produzzjoni hija ta’ 20 jew 25 kartell.

 

Wara dawn ir-remarki sbieh, Coutet kien beda jigi servut fuq l’aqwa mwejjed tad-dinja, fosthom fil-Palazz ta t-Tzar Nikola II, kif ukoll Ir-re tal-Egittu.  Fl-ewwel Klassifikazzjoni ta’ Saint Emilion li saret fl-1954, il-propjeta giet onorata fil-klassi ta ‘Grand Cru Classe’.  Klassi li intilfet fl-1985.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L'Ghalka

 

 

 

 

 

 

 

Il-propjeta, li  tinsab fuq ix- xellug tal-belt ta’ Saint Emilion, tinkorpora 14 il-ektaru li 12.5 minnhom huma dwieli.  Hija ghandha il-forma ta’ ‘trijanglu’ biz-zewg Maynes (Grand & Franc) bhala girien fuq iz-zewgt nahat u iz-zewgt Beausjour (Becot u Daffau) fuq l-ohra.  Il- propjeta tinstab fuq tlett tipi ta’ hamriji u posizzjonijiet differenti.

 

 

Numru ta’ propjetajiet famuzi jinsabu fil-vicin: Ausone, Canon, Clos Fourtet kollha huma nqas minn 500 metru il-boghod.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Vitikultura

 

 

 

 

 

 

 

In-Natura hija ta’ importanza kbira.  Ghalhekk l’ebda insetticidi jew bexx kontra il-haxix hazin qatt ma ntuza.  Fil-fatt, l-ambjent ta’ Coutet tista’ tghid li huwa uniku fir-regjun ghaliex ghadek tista ssib msagar zghar tal-ballut  (Quercus Robur), kif ukoll hafna sigar tat-tin.  Il-hamrija tant hija saghna li sena wara l’ohra tipprovdi gheneb ta’ kwalita’ gholja li jaghmel xoghol l-ghassar iktar facli. 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Dwieli

 

 

 

 

 

 

 

Id-densita tad-dwieli hija ta’ 6000 pjanta kull ettaru, li huma mqassmin hekk; 60% Merlot, 26% Cabernet Franc, Cabernet Sauvignon u 8% Malbec.  Ghal dawn l’ahhar 7 snin, il-qatgha kienet ta’ bejn wiehed u iehor 38 hl kull ettaru.  L-gheneb jinqata’  bl-idejn u jigi ffermentat go tankijiet li ghandhom it-temperatura regulata.  Normalment, 50, 000 flixkun jigu prodotti u jinbieghu taht zewg tikketti. Dawn huma Chateau Coutet jew Chateau Belles-Chimes.

 

L-inbid jiehu 4 snin minn meta jinqata’ l-gheneb sa kemm jigi mibjuh fuq is-suq u ma jiehux sehem fil-kampanja ‘Primeur’ li  ssir kull sena ghall-inbejjed ta’ dan il -livell..  Wiehed irid jghid ukoll li Chateau Coutet ma kienx involut fl-ispekulazzjonijiet tas-snin 96-99 bil-konsegwenza li l-prezz baqa’ baxx hdejn inbejjed ohrajn.  Il-bejgh tal-inbid isir minn klijenti li ghandhom relazzjonijiet li jmorru lura hafna snin.  Fosthom ‘Calvet’ (1882), Guy Azera (1985) Lucien Lurton & Fils li jiehdu hsieb is -swieq tal -Germanja, l-Awstrija u ‘l- Lussumburgu.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L-Inbid

 
CHATEAU
COUTET